3 Żgħażagħ Jibdew Il-Proċess Tal-Formazzjoni Biex Isiru Patrijiet
Il-Provinċja Franġiskana ħabbret li 3 żgħażagħ, Darren Abela, Christopher Bilocca u Andrea Cassar bdew il-proċess tal-formazzjoni biex isiru Patrijiet.
Dawn iż-żgħażagħ bdew dan il-proċess twil ta’ formazzjoni b’irtir fil-kunvent ta’ Sant’Antnin ġewwa Għajnsielem Għawdex mmexi minn Dun Daniel Xerri Arċipriet tal-Parroċċa tax-Xewkija flimkien mal-promatur tal-Vokazzjonijiet Fr Lorrie Zerafa, OFM u l-Mastru tal-Postulanti Fr. Clive Camilleri, OFM.
Għada t-3 żgħażagħ jibdew il-mixja uffiċjalment il-mixja tagħhom bil-Postolandat.
Nawgurawlhom.