Aġġornament Covid-19: Jinstabu 208 Każ Ġdid, Ifiequ 200

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 208 każ ġdid minn 3565 swab waqt li fiequ 200 persuna biex in-numru ta’ każijiet tela’ għal 2,687.
Sal-bieraħ ingħataw 23,512 doża tal-vaċċin li minn dawn 2,095 kienu t-2 doża.
In-numru ta’ persuni mejta issa tela’ għal 261 wara l-mewt ta’ 3 persuni, mara ta’ 87 sena u żewġt’ irġiel ta’ 87 u 69 sena.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/photos/a.102565371462015/271482804570270/