“… Aħna Ma Nistħux Mill-Passat, Anzi Kburi Bil-Passat Tagħna.” – Bernard Grech

 “… Aħna Ma Nistħux Mill-Passat, Anzi Kburi Bil-Passat Tagħna.” – Bernard Grech

Il-Kap tal-oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech, il-Ħadd 31 ta’ Jannar indirizza Djalogu mill-Belt Valletta. Fost l-oħrjan Grech qal li l-PN dejjem emmen fil-kapiċitajiet tal-poplu Malti u Għawdxi. “Il-PN qatt ma beża’ u wettaq il-ħolma tal- poplu Malti u Għawdxi meta Malta saret membru fl-Unjoni Ewropeja.”

“Araw x’inhuma r-riżultati…ħarsu madwarkom… dan kollu li qed taraw sar bil-ħila tal-PN, sar bil-ħila tal-fondi Ewropej”, kompla Bernard Grech. Aħna kburin fi ħdan l-Ewropa u paġna ġdida għall-PN ma tfissirx li aħna se nnessew il-passat. Aħna ma nistħux mill-passat, anzi kburi bil-passat tagħna.”

Skont Bernard Grech din il-ġimgħa kienet ġimgħa ta’ konfużjoni u inkompetenza tal-PM Robert Abela. “Smajna li se jitlaq jiġri, qal li ttikja l-kaxxi kollha fir-rigward tal-moneyval. Lanqas jilħaq jispiċċa l-kliem li ma nisimgħux li ħareġ rapport li jpoġġi lil Malta f’żewġ postjiet aktar l’isfel fejn tidħol it-trasparenza f’dan il-pajjiż.”

Grech kompli billi qal li llum għandna sitwazzjoni fejn Malta m’għandiex l-isem li jixirqilha u hawn offra l’id tal-ħbiberija lill-Gvern sabiex jgħin għall-ġid ta’ pajjiżna.

Grech jirreferi għal stħarriġ li sar fejn dan indika li tnejn minn kull tliet negozji, qed jibżgħu li se jkollhom jagħlqu wara din is-sena u għalhekk jappella lil Gvern sabiex jagħti kas x’inhu jiġri.

Il-Kap Nazzjonalista jgħid li “fil-ġranet li ġejjin se nkomplu nuru kif nistghu ndawwru paġna ġdida għalik u għal pajjiżna sabiex inkunu gvern alternattiv. Dan se isir billi fost l-oħrajn se nħabbru proposti fil-qasam tal-enerġijja li jagħmlu sens għall-poplu kollu u għal pajjiżna.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com