Aktar Minn 11,700 Ruħ Jieħdu l-Vaċċin Sal-Bieraħ

 Aktar Minn 11,700 Ruħ Jieħdu l-Vaċċin Sal-Bieraħ

Ċifri ppubblikati mill-Ministeru għas-Saħħa fuq il-paġna Saħħa juru li sal-bieraħ, 11,705 persuni tlaqqmu kontra l-Covid-19.

Iċ-ċifri juru wkoll li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,239 swab test li minnhom irriżulaw pożittivi 154 każ. Mill-banda l-oħra, 121 persuna oħra fiequ minn dan il-virus.

Joħroġ ukoll li fl-aħħar 24 siegħa, żewġ anzjani, wieħed ta’ 73 u ieħor ta’ 84 siegħa mietu pożittivi għall-Covid-19 fl-Isptar Mater Dei.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com