Aktar Minn 7,200 Ruħ Fi Kwarantina
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li 7,258 persuna jinsabu fi kwarantina wara li ntlaqtu mill-virus tal-Covid-19 jew kien hemm xi ħadd li ġei f’kuntatt magħhom. Hija fissret dan in-numru bħala wieħed sostanzjali u qalet li dan qed iħalli impatt fuq kulħadd.
Hija saħqet li jekk persuna tibda tħoss xi sintomi għandha tibqa’ d-dar u tibbukkja swab test.
Sostniet li anki jekk it-test tal-Covid jirriżulta negattiv, il-persuna għandha tibqa’ d-dar sakemm tfiq.