Aldo Busuttil B’Kanzunetta Li Tirrakonta L-Istorja Tal-Fgura Li Qed Tinbidel F’Ġungla Tal-Konkrit

 Aldo Busuttil B’Kanzunetta Li Tirrakonta L-Istorja Tal-Fgura Li Qed Tinbidel F’Ġungla Tal-Konkrit

Il-kanzunetta ‘Figura t’Identita’ hija l-ewwel kanzunetta li kiteb t-tenur Aldo Busuttil flimkien mal-kompożituri Mark Scicluna u Cyprian Cassar fejn apparti li tirrakonta l-istorja tal-Fgura mill-punto di vista tar-razzett kif ukoll ta’ riflessjoni fuq il-mod kif diversi postijiet storiċi fl-irħula qed tittieħdilhom l-iskedar (il-protezzjoni), biex hekk jinbidlu f’ġungla ta’ konkos.

Fil-video mużikali jieħu sehem is-Sur Joseph Gouder li huwa wieħed mill-aktar residenti anzjani tal-Fgura li qed jagħti kontribut kbir lejn il-ġbir ta’ informazzjoni u grajjiet tal-passat fil-lokalita’. Il-Kanzunetta ġiet imnedija fuq NET TV illejla.

Prosit lilek Aldo u t-tim kollu li ħadem miegħek f’din il-produzzjoni b’messaġġ b’saħħtu u li ta’ min wieħed jaħseb fuqu.

Clifford Galea Vella Maslennikov

https://stradarjali.com

Clifford huwa mimli b'passjoni għall-istorja ta' Malta u l-kultura. Ilu fil-qasam tal-midja minn meta kellu 13-il sena. Il-kunċett tal-ħin u ż-żmien jaffaxxinah.