“Allura T-Tort Dejjem Tal-Għalliema? Jumejn Bla Paga Ħabba L-Egoiżmu Tan-Nies!” – Għalliema
Għalliema minn skola fin-naħa t’isfel ta’ Malta tkellmet magħna u tenniet li mhux sew jiġri x’jiġri jaħtu l-għalliema. “Forsi l-għalliema kienu nies u ħafna familji ħarġu normali u issa ara x’ġara. Inbatu aħna. Dejjem kontrina!” saħqet magħna.
Tenniet li mhux sew li kull darba li jiġri xi ħaġa jintefa’ dawl ikrah fuq l-għalliema bħal donnu jieħdu gost joqogħdu d-dar għaliex għada kienu lesti biex jirritornaw lura l-iskola u issa ħabba l-MUT, li tagħha hi membru wkoll, se jkollha tibqa’ d-dar.
“Mur idħol e kif jiekluk. Iġibuk qisek tradejt lil xi ħadd ċerti nies. U anke l-kummenti ma niflaħhomx kulħadd lest jattakka lilna bla ma hemm ebda prova li l-każi huma relatati magħna!”
Qalet ukoll li din l-azzjoni hi żejda għall-aħħar.
Intom x’taħsbu dwar dan?!