Anke T-Temp Qed Jinbidel… Mistennija L-kesħa Fid-Deżert

𝗙𝗔𝗧𝗧𝗜 

Sa issa fl-ewwel 10 ijiem ta’ Jannar 2021, kellna iżjed xita minn Jannar u Frar 2020 flimkien, u nkiser ir-rekord tal-aktar jum sħun ta’ kull żmien f’dan ix-xahar xitwi b’massima ta’ 25.9°C (~10°C aktar mill-medja) fid-9/1/21.
𝗫𝗝𝗘𝗡𝗭𝗔 

Pressjoni għolja stazzjonarja fil-Lvant tal-Mediterran u sistema ta’ pressjoni baxxa intensa viċin in-Nofsinhar ta’ Spanja – flimkien ikkawżaw influssi sħan estremi minn fuq id-Deżert Saħara għal fuq dawn l-inħawi u maltempati qawwija fuq Spanja u l-Portugall li kienu fost l-eqlel f’50 sena!
𝗧𝗕𝗔𝗦𝗦𝗜𝗥 

L-Ewropa qed tesperjenza xitwa iżjed kiesħa minn tal-aħħar snin, u permezz ta’ fenomenu li jseħħ fir-reġjuni polari fl-istratosfera (saff ‘il fuq mill-atmosfera) il-kesħa ser tintensifika hemmhekk u anke fil-kontinent Ewropew. Minħabba l-iżvilupp ta’ pressjoni għolja fit-Tramuntana tal-Baħar Atlantiku u bl-għajnuna tal-‘jet stream’ (kurrenti tar-riħ f’livelli għolja tal-atmosfera) din l-arja kiesħa ser tibda nieżla f’imwieġ f’latitudnijiet baxxi anke sad-deżert u b’hekk fir-reġjun Mediterranju qed nistennew temp ferm dinamiku, instabbli, mirjieħ, kiesaħ u imprevedibbli fil-jiem li ġejjin matul il-bqija ta’ Jannar.
Ritratt: Tatiana Wolf (09.1.2021)