Anzjan Ta’ 74 Sena Jmut Pożittiv Għall-Covid-19
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Diċembru. Huwa miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.