Anzjan Ta’ 85 Sena Miet Pożittiv Għall-COVID-19
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 85 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Huwa kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-27 ta’ Diċembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni. Huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħroġx u jċempel 111.