Anzjan Ta’ 91 Sena Jmut Pożittiv Għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 91 sena miet waqt li pozittiv għall-Covid-19.
Huwa kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-28 ta’ Dicembru u miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan, jappella biex nibqgħu viġillanti nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, huwa importanti li min għandu xi sintomi ma joħorġux u jċemplu 111.