Anzjana Ta’ 73 Sena Tmut Pożittiva Għall-Covid-19

 Anzjana Ta’ 73 Sena Tmut Pożittiva Għall-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa jinsab infurmat li anzjana mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

L-anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermat pożittiva għall-Covid-19 fl-14 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex nibqgħu viġillanti nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com