Bernard Grech Jgħid Li Jekk Isir PM Ikeċċi Lid-Direttur Tal-Ħabs
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li kemm-il darba jsir Prim Ministru ta’ Malta wara l-elezzjoni ġenerali, huwa jkeċċi lid-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli.
Grech qal dan waqt li kien qiegħed jiġi intervistat waqt minn Andrew Azzopardi fuq programm radjufoniku. Huwa qal dan wara li fl-aħħar jiem Peppi Azzopardi ppubblika messaġġ li kienu jaqraw il-priġunieri meta jidħlu fil-ħabs.
F’dan il-messaġġ jingħad li xogħol il-Gwardjani tal-Ħabs huwa li jgħallmu biża’ fil-ħabs għax il-priġunier la jibża’ mill-pulizija, la jibża’ mill-imħallfin u wisq aktar mill-ġurija.