Biden Ireġġa’ Lura 15-Il Deċiżjoni Ewlenija Ta’ Trump

Ftit sigħat biss wara li Joe Biden ħa l-ġurament tal-ħatra bħala il-President tal-Istati Uniti, beda jreġġa’ lura wħud mid-deċiżjonijiet ewlenin ta’ Donald Trump tul il-Presidenza tiegħu.
Permezz ta’ twitter, wara l-inawgurazzjoni, il-President Biden kiteb li m’hemmx ħin x’jinħela meta niġu biex nindirizzaw il-kriżijiet li qed naffaċċjaw.
Huwa ffirma ħmistax-il ordni eżekuttiva, bl-ewwel waħda tindirizza l-kriżi tal-coronavirus u ordnijiet ohrajn li mhux ser jibqgħu jgħoddu jinkludu t-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni.