Bil-Filmat: “Irrid Inħalli Qalbi F’Qalbhom, Tinsewnix!” – 10 Snin Minn Meta Ħallietna Annabelle Vassallo

F’filmat imqanqal fuq Xarabank, meta Annabelle Vassallo kienet għadha fostna, talbet lill-pubbliku biex ma jinsihiex.
Qalet li trid tibqa’ tgħid fil-qalb u fil-memorja ta’ kulħadd, speċjalment ta’ sħabha. Annabelle kienet u għada mara ta’ ispirazzjoni għal bosta, speċjalment għal dawk li jgħaddu mill-marda kiefra tal-Kanċer.
Il-ktieb tagħha “Irrid Ngħix” għen ħafna nies jagħmlu kuraġġ lilhom infushom u lil ta’ madwarhom f’mumenti iebsa li l-ħajja taf toffri wkoll.
Insellmulek Annabelle… u lilek li għaddej mit-tbatija, kuraġġ, taqtax qalbek!