BIL-FILMAT: Jinżlu Fil-Ħofra Tal-Maqluba Fil-Qrendi Sabiex Jesplorawaha

 BIL-FILMAT: Jinżlu Fil-Ħofra Tal-Maqluba Fil-Qrendi Sabiex Jesplorawaha

Conrad Neil Gatt, avventuruż Malti li dejjem jara x’se jeslora f’pajjiżna, din id-darba għażel li jinżel fil-ħofra tal-Maqluba fil-Qrendi.

Gatt esprima, li bħal ħafna oħrajn, il-ħofra dejjem raħha minn fuq, iżda riċentament iddeċieda li jinżel fiha sabiex jesploraha aħjar, l-ewwel nett għalih nnifsu u imbagħad sabiex jissodisfa l-kurżità ta’ ħafna, kemm residenti tal-Qrendi u anki oħrajn.

Gatt nieżel jesplora din iż-żona flimkien ma’ ħuh u n-neputi. Huwa appella sabiex kull min ikun se jagħmel xi ħaġa simili dejjem jassigura li jkun liebes l-ilbies protettiv kollu sabiex jevita l-periklu.

“Il-leġġendi tal-Maqluba huma ħafna, iżda Alla biss jaf x’verament ġara. Aħna nistgħu biss nirrakuntaw x’inhu l-preżent ta’ din il-ħofra”, qal Conrad Neil Gatt.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com