Bil-Filmat: Meta Niżel Ammont Qawwi Ta’ Silġ U Saħansitra Borra F’Malta

Servizz fuq TVM tal-25 ta’ Jannar tal-1998 juri xeni f’pajjiżna li konna aktar imdorrijin naraw fuq il-kartolini jew inkella barra minn xtutna.
Forsi minn dakinhar lil hawn, m’għadnhiex ngħidu l-istess għax għalkemm mhux daqshekk komuni, saru aktar spiss xeni hekk anke minħabba t-tibdil tal-klima li qed tinħass aktar ma jgħaddi ż-żmien.
Tgħid ser ikollna silġ din is-sena? Donnu l-kesħa bdiet tiżdied ftit!
Ritratt: https://vassallohistory.wordpress.com/