Boris Johnson Jgħid Li L-Varjant Tar-Renju Unit Iżid Ir-Rata Ta’ Mwiet B’Aktar Minn 30%

 Boris Johnson Jgħid Li L-Varjant Tar-Renju Unit Iżid Ir-Rata Ta’ Mwiet B’Aktar Minn 30%

Waqt konferenza stampa f’’Downing Street nhar il-Ġimgħa li għadda, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson kien kawt għall-aħħar meta mistoqsija dwar ir-ritorn lejn in-normalità. Huwa qal li sa issa 10% tal-adulti fl-Ingilterra huma mlaqqma u b’hekk il-proċess tat-tilqim għaddej b’rata mgħaġġla, iżda wissa li r-restrizzjonijiet iridu jdumu għal diversi xhur oħrajn sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tal-poplu.

“Naħseb li jkollna ngħixu bil-coronavirus b’xi mod. Naħseb li hija mistoqsija miftuħa dwar meta u b’liema mod se nkunu nistgħu nibdew nirrilassaw l-miżuri. Ovvjament, irridu nagħmlu dak kollu li nistgħu biex niftħu, iżda b’mod sigur u b’kawtela”, qal Johnson.

Johnson preżenta statistika xokkanti li tgħid li l-varjant ġdid tal-coronavirus tar-Renju Unit jista’ jkun 30% aktar fatali. Ir-riċerkaturi fir-Renju Unit tal-Grupp Konsultattiv ‘New and Emerging Respiratory Virus Threats Advisory Group‘ ikkonkluda li dan il-varjant jista’ jżid ir-rata ta’ mewt bi 30% sa 40%. Johnson wissa dwar miżuri aktar stretti fir-rigward tal-ivvjaġġar u l-kontinwità ta’ lockdown aktar fit-tul minħabba r-rata ta’ infezzjoni li qed tibqa’ għolja ħafna.

Dan l-istħarriġ ikompli jżid it-tħassib tal-mexxejja tal-UE, li aktarx jimplimentaw miżuri aktar ħorox sabiex jipproteġu lill-pajjiżi rispettivi tagħhom mill-varjant li ħakem il-pajjiżi tar-Renju Unit.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com