Bulgaru Arrestat Wara Li Seraq Bagalja U Laptop
Bulgaru ta’ 33 sena mistenni jitressaq il-qorti u jiġi mixli b’serq ta’ bagalja mill-Belt u laptop mill-Furjana.
Huwa ġie arrestat wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta flimkien mal-Pulizija
Għall-Komunità tal-Belt Valleta b’rabta ma’ serq.
L-investigazzjoni bdiet fl-14 ta’ Jannar li għadda, wara rapport ta’ serq ta’ bagalja mill-Belt Valletta. Mill-istħarriġ irriżulta li l-istess raġel, seraq ukoll laptop minn uffiċċju fil-Furjana nhar id-19 ta’ Jannar, 2021.
Hu mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia u jiġi mixli b’diversi akkużi fosthom dawk ta’ serq.