Daħal Armat B’Sikkina F’Ħanut F’Tas-Sliema
Ilbieraħ, għall-ħabta tas-19.30, il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq Rodolfu, Sliema.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel li allegatament kien armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab lill-impjegata, tfajla ta’ 23 sena, sabiex tagħtih il-flus.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema.
Ritratt: Leicester Mercury