Daħallu Serp Fil-Karozza Waqt Li Qed Isuq…

Tony Mizzi rrakonta fuq facebook dwar meta ħariġlu serp minn taħt il-bonnet u daħallu mit-tieqa waqt li kien qed isuq.
“Meta ħariġli serp minn taħt il-bonnet u daħalli mit-tieqa waqt li kont qiegħed insuq… u ma stajtx nieqaf”, irrakonta Mizzi filwaqt li tenna li żgur kien itwal minn metru.
Qal li qabdu bejn il-ħġieġa tat-tieqa u x’ħin wasal ħarrbu. “Nitkexkex niftakar”, temm jgħid Tony Mizzi.
Timmaġinaw? X’kontu tagħmlu kieku?