“Dalgħodu Qomt Iddisgustat…” – Is-Sindku Tas-Siġġiewi
“Dalgħod qomt iddisgustat hekk kif ġejt infurmat li saret aktar ħsara fl-Out-Door-Gym li jinsab fi Triq Mons. F.X. Mangion fis-Siġġiewi”, kiteb is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech fuq facebook.
Tenna kif il-kunsill tas-Siġġiewi matul is-sena se jkun qed jaħdem fuq proġetti ta’ spazji miftuħa favur il-lokalità għalkemm kif jindikaw ir-ritratti li tella’, stqarr b’dispjaċir, li għadna nesperjenzaw atti vandali min-nies immaturi u irresponsabbli.
“Dawn hu aġir inaċċettabli u mhux se jiġi ittolerat aktar! Se nkunu qegħdin niddiskutu mal-Pulizzija fil-jiem li ġejjin sabiex nassiguraw li din iż-żona u żoni oħra fil-lokalita’ jkunu issorveljati b’mod aktar rigoruż, inkluż b’sistemi CCTV b’saħħithom, filwaqt li dawk li se jinqabdu jabbuzaw se jkollhom iħallsu prezz għoli għal din il-ħsara!”
Meta se nitgħallmu?!