Diskussjonijiet Biex L-Iskejjel Jibqgħu Miftuħa Fil-Vaganzi Tal-Karnival – PM
Matul il-Konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Prim Ministru ħabbar miżuri ġodda kontra l-Covid-19, hu żvela li hu tal-opinjoni li l-iskejjel jibqgħu miftuħa matul il-Karnival, dan bil-għan li t-tfal jibqgħu l-iskola u b’hekk it-tfal ma’ jispiċċawx jiġru għand in-nanniet jew f’diversi postijiet bir-riskji li jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19.
Il-Prim Ministru Robert Abela spjega li bħalissa għaddejin diskussjoni ma’ dawk konċernati iżda żied li ma jistax jimponi din ix-xewqa li għandu. Żied jgħid li jekk l-iskejjel jibqgħu miftuħa fil-festi tal-Karnival, jissuġġerixxi li l-vaganzi jittieħdu aktar ‘l quddiem meta s-sitwazzjoni tkun aħjar.