Erba’ Familji Bit-Tfal Jinqabdu Fi Kwarantina U Għandhom Bżonn L-Għajnuna!
Erba’ familji bit-tfal li jinsabu fi kwarantina sabu ruħhom f’diffikultajiet finanzjarji kbar wara li l-unika persuna li taħdem biex tmantni lil dawn il-familji, spiċċat fi kwarantina wkoll u mhux se jkollhom dħul finanzjarju għal dawn il-ġimgħatejn.
Għaldaqstant dawn il-familji jinsabu fi bżonn biex ikunu jistgħu jixtru l-ikel u jħallsu l-kirjiet f’dan il-perjodu diffiċli.
Fuq inizjattiva personali, Omar Rababah qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex min jixtieq jagħti donazzjoni żgħira lil dawn il-familji, jista’ jibgħat il-flus permezz ta’ Revolut fuq il-kont personali tiegħu sabiex wara jgħaddihom lill-familji konċernati. Spjega li anke 2€ tiġi apprezzata għax jixtara pakkett ħobż bihom.
In-numru fejn wieħed jista’ jagħti donazzjoni huwa +35677057781 (Revolut).