Erba’ Sirjani U Libjan Arrestati Wara Li Ssekwestraw Sirjan

 Erba’ Sirjani U Libjan Arrestati Wara Li Ssekwestraw Sirjan

Wara ġranet ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu b’rabta ma’ informazzjoni ta’ allegat sekwestru, illum, il-pulizija wettqu operazzjoni f’Ħal Safi u fiżŻurrieq u ġew arrestati ħamest irġiel, erba’ Sirjani u Libjan.

Mill-istħarriġ li sar jidher li l-kwistjoni bejn l-aggressuri u l-vittma, li huwa Sirjan ukoll, hija dwar is-Sirja u meta l-istess pajjiż kien maħkum mir-ribelli.

Jidher ukoll li kien hemm ċirkustanzi li wasslu għal dan l-allegat sekwestru.

L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada taħt arrest b’akkużi relatati ma’ dan il-każ.

L-investigazzjonijet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com