Erbgħa Arrestati Dwar Sejbiet Ta’ Droga Fil-Marsa u

 Erbgħa Arrestati Dwar Sejbiet Ta’ Droga Fil-Marsa u

Il-ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, mir-Rapid Intervention Unit u mill-Pulizija tad-Distrett wasslet għal suċċess ieħor b’aktar arresti ta’ persuni fil-pussess ta’ sustanza allegatament droga, lesta għat-traffikar.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħodu, waqt ronda mill-Iskwadra tar-RIU u l-Pulizija ta’ Kontra d-Droga f’diversi ġonna fil-Marsa, fejn innutaw żewġ persuni suspettużi, raġel mis-Somalja ta’ 23 sena u raġel mill-Gambja ta’ 27 sena.

Iż-żewġt irġiel ġew iċċirkondati u saret tfittxija fuqhom li rriżultaw li kienu fil-pussess ta’ 31 pakkett ħaxixa tal-kannabis, 13-il raża tal-kannabis u 20 pakkett droga sintetika.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Charmaine Galea u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

F’operazzjoni oħra, din id-darba mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħaż-Żabbar, il-Ħamis illi għadda waqfu vettura BMW suspettuża fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar.

Saret tfittxija fuq iż-żewġ persuni li kienu fil-vettura, mara ta’ 29 sena li kienet qiegħda ssuq u ġuvni ta’ 21 sena, u instabu
grinder b’sustanza suspettata kannabis u żewġ boroż b’ammont ta’ sustanza suspettata kannabis kif ukoll ponn tal-ħadid.

Fuq il-ġuvni nstabu żewġ boroż b’sustanza suspettata kannabis.

Wara iktar investigazzjoni u tfittxijiet, fuq il-mara rriżulta ukoll li kellha joint.

Iż-żewġ persuni ġew arrestati u ttieħdu fil-Lock-up tal-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com