Eve Borg Bonello B’Rapport Lill-Pulizija Wara Li Rċeviet Tgħajjir Minħabba Post Li Tellgħet Fuq Facebook

 Eve Borg Bonello B’Rapport Lill-Pulizija Wara Li Rċeviet Tgħajjir Minħabba Post Li Tellgħet Fuq Facebook

L-attivistà tal-Partit Nazzjonalista u l-President ta’ Team Start PN tellgħet post fuq il-midja soċjali b’ritratt tagħha ġġorr borża tal-iskart wara attività ta’ tindif f’Fort Chambray, filwaqt li kitbet “Miexja lura minn Kastilja”.

Dan il-kumment ta’ Borg Bonello qajjem kontroversja sħiħa, filwaqt li diversi persuni, b’mod partikolari partitarji jew politiċi Laburisti, ikkundannaw dak li qalet.

Intant, kien hemm persuni li marru oltre milli juru disapprovazzjoni għal dak li kitbet Borg Bonello. Filfatt, wara li tellgħet din il-post, l-attivistà ta’ 18-il sena rċeviet xi kummenti ta’ tgħajjir u insulti ndirizzati lejha u anki lejn il-familja tagħha.

 

Fil-konfront ta’ dawn il-kummenti Borg Bonello ħassitha mhedda u b’hekk għamlet rapport lis-Sezzjoni tal-Kriminalità u Diskors ta’ Mibgħeda fi ħdan il-Pulizija ta’ Malta, filwaqt li qalet li diġà għandha każijiet miftuħa l-Qorti dwar theddid li rċeviet fil-passat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com