Filmat: Rebecca Tingħata L-Aħħar Tislima F’Ċelebrazzjoni Emozzjonali

 Filmat: Rebecca Tingħata L-Aħħar Tislima F’Ċelebrazzjoni Emozzjonali

Dalgħodu fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan, Rebecca Zammit Lupi ingħatat l-aħħar tislima f’quddiesa li tmexxiet mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna.

Rebecca ta’ 15-il sena, bint il-fotografu ċelebri Darrin Zammit Lupi, tilfet il-ġlieda kontra kanċer aggressiv fl-għadam il-Ħadd li għadda.

Matul il-quddiesa kantaw il-grupp The New Victorians waqt li żeffiena ħbieb tagħha għamlu żifna li kienet emozzjonali ħafna.

Minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Rebecca xxandret live fuq facebook.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com