Fl-Aħħar Ħin: L-MUT Tiddikjara Strajk Mill-Għalliema Għada u L-Ġimgħa

L-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) iddikjarat strajk għal jumejn li ġejjin wara li l-MUT kellha laqgħa mal-Prim Ministru dwar iż-żieda fil-każijiet tal-Covid-19 u l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel.
Il-President tal-MUT Marco Bonnici f’kummenti wara l-laqgħa mf’Kastilja qalet li se tagħmel dan l-istrajk wara li l-Prim Ministru ma aċċettax li dawn il-jumejn il-lezzjonijiet isiru online bħalma se jagħmlu l-iskejjel tal-Knisja.
Illum, l-MUT qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa taw parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex l-iskejjel ma jiftħux.