Franza B’Iżjed Restrizzjonijiet: Il-Ħwienet U Servizzi Oħra Jridu Jagħlqu Fis-6p.m.

Il-Gvern Franċiż ħabbar li ser iżid il-miżuri biex jiġġieled il-Covid-19 billi mis-Sibt filgħaxija se jsir curfew mis-6pm ‘l quddiem madwar il-pajjiż kollu. Din il-miżura ser iddum mill-inqas ġimgħatejn.
Apparti servizzi ta’ emerġenza, il-ħwienet kollha u tip ta’ servizz ieħor iridu jagħlqu sas-6p.m.
Is-sitwazzjoni fi Franza mhix ħażina daqs ir-Renju Unit u l-Ġermanja iżda l-awtoritajiet qalu li hemm bżonn aktar miżuri biex in-numri li żdiedu wara l-festi jerġgħu jibdew jonqsu.