Gavin Gulia Lura Fil-Parlament Wara Li Rebaħ L-Elezzjoni Każwali

 Gavin Gulia Lura Fil-Parlament Wara Li Rebaħ L-Elezzjoni Każwali

L-Avukat Gavin Gulia reġa’ lura fil-Parlament wara li dalgħodu rebaħ l-elezzjoni każwali li saret biex jimtela’ s-siġġu tal-ex ministru Laburista Edward Scicluna. Dr Gulia kiseb 2,116-il vot.

Din l-elezzjoni każwali ġiet kontestata wkoll mill-ex Sindku tar-Rabat Charles Azzopardi u Jeffrey Pullicino Orlando.

Azzopardi kien qed jitqies bħala l-kandidat favorit biex jirbaħ din l-elezzjoni każwali wara li fl-elezzjoni ġenerali kiseb 2,179 vot. Madankollu fl-ewwel għadd huwa kiseb biss 1,028 vot mill-voti ta’ Scicluna. Min-naħa tiegħu Gulia kiseb 1,486 waqt li Pullicino Orlando kiseb 1,479, b’distakk biss ta’ seba’ voti bejn iż-żewġ kandidati.

Il-proċess segwa bl-għażla tal-voti ta’ Azzopardi, fejn 730 minnhom intirtu minn Gulia waqt li Pullicino Orlando wiret 271.

Fi tmiem il-ġimgħa li l-għadda, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stieden lil Charles Azzopardi biex jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista f’każ li jiġi elett. Dan wara li fl-aħħar jiem, ġie żvelat li Azzopardi kien issieħeb tesserat għal għomru mal-Partit Nazzjonalista u vvota fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ kap ġdid tal-PN.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com