Għadu Nieqes Wara 21 Jum
Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku bil-għan li jinstab Marcel Pisani, raġel ta’ 50 sena li ġie rrapportat nieqes fl-aħħar tas-sena li għaddiet.
Marcel Pisani juża siġġu tar-roti u deher l-aħħar fir-residenza tiegħu fil-Mosta.
Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat li Pisani għadu ma nstabx.
Għaldaqstant, ippubblikat in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura Renault Captur HBV761 – li x’aktarx qiegħed juża Marcel Pisani.
Il-Pulizija fakkret biex kull min għandu xi informazzjoni, jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.