“Għal Min Jaħseb Li Jien Nistrajkja Fl-Istrajk Tan-Nurses Jien Ma Nistrajkjax Meta D-Direttivi Jolqtu S-Servizz Tal-Pazjenti” – Eric Grech

 “Għal Min Jaħseb Li Jien Nistrajkja Fl-Istrajk Tan-Nurses Jien Ma Nistrajkjax Meta D-Direttivi Jolqtu S-Servizz Tal-Pazjenti” – Eric Grech

“Għal min jaħseb, li jien nistrakja fl-‘istrikes’ tan-nurses, jien ma nistrakjax, speċjalment meta d-direttivi jkunu jolqtu lis-servizz tal-pazjenti b’xi mod jew ieħor”, kiteb Eric Grech filwaqt li talab skuża għall-kitba tiegħu fuq facebook ilbieraħ fejn qal li nduna li b’xi mod jew ieħor weġġa’ ħafna nies, ħbieb tiegħu u oħrajn li lanqas biss jaf.

Tenna li min jafu, jaf li dak li qed jistqarr huwa ġenwin. “Għalhekk pubblikament niskuża ruħi ma’ min weġġa’ b’dan il-kumment”.

Eric kien qed jirreferi għall-kumment tal-bieraħ fejn qal li minħabba l-istrajk, issallbu n-nurses ommijiet.

Spjega hekk: “Nista’ nassigurakhom li m’inix perfett u għandi n-nuqqasijiet tiegħi u kultant persuna diffiċli biex taħdem miegħi għax naqra perfezzjonista f’xogħli.”

Ara l-kumment kollu hawn taħt:

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com