“Għalfejn Jien Minn Dejjem Ġejt Aċċettat, Sa Minn Mindu Kont L-Iskola Primarja?”
Il-Kummissarju għall-persuni b’diżabbilità Oliver Scicluna beda l-jum bi ħsieb malli qam dalgħodu dwar mistoqsija lilu nnifsu.
“Għalfejn jien minn dejjem ġejt aċċettat, sa min mindu kont l-iskola Primarja?” Tenna biex ma noqogħdux induru mal-lewża… talab ukoll biex il-pubbliku ma jiktiblux kliem biex iħossu aħjar għax ma jħossux ħażin, anzi jħossu komdu u tajjeb kif jidher. U dan, stqarr li huwa fattur importanti.
Iżda jispjega għaliex hu kważi dejjem ġie aċċettat; raġuni minnhom kien li kellu l-ġenituri b’moħħ miftuħ. Semma wkoll lill-Kap tal-iskola fi żmienu, Alfred Cachia li kien xempju ta’ kif taħdem l-inklużjoni fl-iskejjel.
Imma semma wkoll punt importanti: “Nemmen li jekk hawn Malta mhux ħa jkollna verament skejjel inklussivi fil-vera sens tal-kelma, ħa jibqa’ jkollna żgħażagħ u adulti b’diżabbilità li jfallu mill-miri u aspettativi tal-ħajja tagħhom. S’issa għalkemm saru affarijiet tajbin ma’ kien hemm hadd li kellu l-guts biżżejjed li jħaddem sistema tal-edukazzjoni inklussiva.”
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt: Facebook/ Oliver Scicluna/ Luke Zerafa