Għalliema Jċemplu Sick Fil-Jum Tal-Iskrajk – Se Jitħallsu Xorta?
Għalliema li ddeċiedew li ma jidħlux għax-xogħol, minkejja l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa li setgħu jagħmlu dan, qegħdin iċemplu sick l-iskola biex allegatament ikunu jistgħu jitħallsu xorta waħda.
Sorsi f’diversi skejjel qalu ma’ dan is-sit, li s-segretarji fl-iskejjel qed jirċievu diversi telefonati minn bosta għalliema li llum iddeċidew li jobdu d-direttiva tal-MUT ta’ strajk. Qalu li dan qed isir biex ikunu jistgħu jitħallsu xorta waħda.
F’kummenti quddiem Kastilja, Marco Bonnici qal li l-istrajk fl-iskejjel tal-Istat kien qiegħed jiġi ordnat wara li l-ammistrazzjoni tal-Knisja ddeċidiet li l-iskejjel tagħha jibqgħu magħluqin illum u għada. Il-President tal-MUT qal li dan joħloq diskriminazzjoni u għalhekk kien qed jordna strajk.
Aktar qabel, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci assigurat li l-iskejjel setgħu jiftħu bil-prekawzjonijiet rigorużi li ttieħdu fl-aħħar xhur u li swew lill-pajjiż xejn inqas minn €30 miljun.