Għawdxi Jingħata L-Libertà Proviżjorja Wara Li Hedded Persuna

 Għawdxi Jingħata L-Libertà Proviżjorja Wara Li Hedded Persuna

Raġel ta’ 51 sena mix-Xewkija ngħata l-libertà proviżorja taħt diversi kundizzjonijiet wara li wieġeb mhux ħati li fil-bidu ta’ Diċembru li għadda allegatament hedded persuna u kiser ordni ta’ protezzjoni temportanja.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, huwa ġie mixli wkoll li kiser waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti u li rrenda ruħhu reċediv.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com