Grech Jgħid li l-PM Kellu Jimxi Mal-Parir Ta’ Kenneth Grech Li Ma Jiftaħx L-Iskejjel

 Grech Jgħid li l-PM Kellu Jimxi Mal-Parir Ta’ Kenneth Grech Li Ma Jiftaħx L-Iskejjel

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech akkuża lill-Prim Ministru Robert Abela li injora l-parir ta’ Kenneth Grech biex l-iskejjel ma jinfetħux.

Fi stqarrija, il-Kap Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru qed jipperikola s-saħħa pubblika meta skontu qed jinjora l-parir ta’ Kenneth Grech li fi kliemu “żgur li kien jirrifletti l-pożizzjoni tat-tim kollu”.  Qal li għalhekk l-azzjoni tal-PM hija waħda mill-aktar irresponsabbli.

L-iskejjel tal-istat reġgħu fetħu l-bibien tagħhom it-Tnejn li għadda wara qbil bejn il-Gvern u l-MUT f’laqgħa li matulha s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li l-iskejjel setgħu jiftħu l-bibien tagħhom bil-prekawzjonijiet li ttieħdu mill-awtoritajiet edukattiv.

Madankollu, il-Kap Nazzjonalista qal li l-Gvern qed jipperikola saħħet l-istudenti, l-għalliema, l-istaff li jaħdmu fl-iskejjel u l-ġenituri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com