Grupp Ta’ Rġiel Jaggredixxu Żewġt Irġiel Waqt Ġlieda f’San Pawl Il-Baħar
Żewġt irġiel, wieħed ta’ 28 sena u ieħor ta’ 34 sena, li t-tnejn li huma jgħixu San Pawl il-Baħar, ġarrbu xi ġrieħi wara li sfaw aggrediti minn grupp ta’ rġiel.
Il-każ seħħ f’Misraħ il-Bajja meta għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, il-Pulizija intalbet għall-għajnuna għax seħħ argument bejn grupp ta’ nies f’Misraħ il-Bajja, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li grupp ta’ nies mhux magħrufa qajmu argument u aggredew raġel ta’ 28 sena u raġel ta’ 34 sena li jgħixu San Pawl il-Baħar. Aktar tard l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għal kura. Aktar tard ir-raġel ta’ 28 sena ġie iċċertifikat li kellu ġrieħi gravi filwaqt ir-raġel ta’ 34 sena kellu ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.