“Ħa Nfittex Nibbukkja L-Farmhouse Għall-Karnival, Isa, Għax Dalwaqt Ikunu Fully Booked (jekk mhux diġa)!”

 “Ħa Nfittex Nibbukkja L-Farmhouse Għall-Karnival, Isa, Għax Dalwaqt Ikunu Fully Booked (jekk mhux diġa)!”

Mariella Mizzi Attard kitbet ħsieb li nazzardaw ngħidu juri l-ispettru kollu ta’ kif niddiskutu. Ovvjament, mhux kulħadd f’keffa waħda imma donnu spiss lesti niftħu l-kanuni biex niżvugaw u tibda tfittex ħalli tara min hux jirraġuna għaliex veru għandu l-interess tal-ġid. Hija fortuna li hawn ħafna iva li jridu l-ġid, imma daqstant ieħori ssib ħafna wkoll, li l-interess huwa l-‘jien.’

“Lanqas ħaqq li ħriġt l-uniformijiet u għamilt il-lunches!”
“x’inhuma 224? L-Italja eluf isibu!”
“Sewwa għamlu strike, għax għada noħodkom shopping miegħi.”
“X’online online! Tgħid mhux se noqgħod magħkom ħdejn il-computer! Għada morru għand in-nanna, għax kemm domna Għawdex ma ratkomx.”
“Jien il-maskli disposable naħsilhom u tgħidx kemm iservuni. Tgħid ma narmihomx!”
“Is-sanitiser inżidlu l-ilma, biex ma jiħraxulix idejja.”
“L-isptar mhux qed iħalluna nidħlu ħdejn missieri. Sabuhom sew in-nurses ma jagħmlu xejn.”
“L-inġakxin li għandna għamluha l-Vajżer. Issa qalu li ġejja waħda moderna.”
“Int ħadtha, ħi? Jien nininini noħodha! Joħodha hu l-Ministru jekk irid!”
“Naħseb jien qabditni u ma ndunajtx.”
“Rajthom? Riedu jumejn oħra leave!”

X’taħsbu?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com