“Ħadd U Qatt Ma Jċaħħadna Mill-Imħabba Lejn It-Tim Tagħna Tal-Ħamrun”

 “Ħadd U Qatt Ma Jċaħħadna Mill-Imħabba Lejn It-Tim Tagħna Tal-Ħamrun”
Stennija kbira fost is-supporters Ħamruniżi u Beltin għall-konfront tal-lejla bejn ir-rivali antiki Ħamrun Spartans u Valletta FC.
Il-logħba tal-lejla qed issir fl-isfond fejn it-tim “Tas-Sikkina” jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-kampjonat Premier waqt li Valletta jinsabu f’nofs il-klassifika.
L-istennija għal-logħba tinħass diġà fuq il-midja soċjali. Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Ħamrun, messaġġ imqanqal għall-partitarji ta’ Ħamrun Spartans li fit-tmeninijiet logħba bħal dik tal-lejla kienet tiġbed lejha eluf kbar ta’ partitarji.
Madankollu mhux l-istess illum kaġun tal-pandemija.
“Il-kuluri aħmar u iswed jibqgħu f’qalbna dejjem. Bil-grawnd miftuħ, jew bil-grawnd magħluq, ħadd u qatt ma jista’ jċaħħadna mill-imħabba lejn it-tim tagħna tal-Ħamrun.
“Illejla s-support tagħkom huwa meħtieġ aktar minn qatt qabel. Fil-kwiet ta’ djarkom, mal-familji tagħkom, agħtuna s-sapport. Bħalissa huwa meħtieġ li nobdu l-istruzzjonijiet li qed jingħataw. Tibżgħux, iż-żmien li nitilgħu l-grawnd jasal u jasal bil-kbir.
“Tinkwetawx għax se tkunu d-dar, is-sapport tagħkom jinħass xorta waħda, daqslikieku qegħdin magħna, anzi AKTAR.
ILLEJLA U DEJJEM, FORZA ĦAMRUN”, temm jgħid il-messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tat-tim Ħamruniż.

https://www.facebook.com/HamrunSpartansFCOfficial/posts/4021985851167675

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com