Hibernians FC jiskurjaw erba kontra Gudja fit-tieni taqsima

 Hibernians FC jiskurjaw erba kontra Gudja fit-tieni taqsima

Fl-ewwel logħba fic-Centenary Stadium Hibernians għelbu lill-Gudja United 4 – 1 bil-ħames gowls jaslu kollha fit-tieni taqsima.

Kien Dunstan Vella li wara ħames minuti fit-tieni taqsima jiftaħ l-iskor biex tlett minuti wara t-tim minn Raħal Ġdid ġew mogħtija penalty li minnhu Jake Grech ma falliex. L-attakant Jurgen Degabrielle irnexxilu jsib x-xibka għal darba darbtejn fil-62 u fil-87 minuta rispettivament bit-tim ta’ Gudja United jiskurjaw il-gowl tal-bandiera fil-91 minuta permezz ta’ Elton Da Silva.

Skor finali Gudja 1 Hibernians 4

 

Ritratt: Hibernians FC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com