Hibs Jirbħu d-derby u Sirens Jiġu minn wara

 Hibs Jirbħu d-derby u Sirens Jiġu minn wara

Fl-ewwel partita fil-Hibernians Stadium, Hibernians għelbu lill-ġirien Tarxien Rainbows b’żewġ goals fl-aħħar kwarta tal-partita. Kien l-Għawdxi Ferdinando Apap li poġġa lit-tim minn Raħal Ġdid fil-vantaġġ fl-74 minuta b’Imanol Iriberri fil-91 minuta jissiġilla r-rebħa u jagħmel l-iskor 2 – 0.

Fl-ewwel partita fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Sirens ġew minn wara biex għelbu liċ-ċampjins renjanti Floriana 2 – 1. Kristian Keqi poġġa lill-greens fil-vantaġġ żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima bl-ex Floriana Ryan Darmanin iġib id-draw fil-71 minuta. Fil-83 minuta Miguel Angel Bustos skorja dak li kellu jkun l-gowl tar-rebħa.

 

Ritratt: MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com