“Huwa X-Xogħol Tagħna Li Ngħallmu L-Biża’, Merħba Fil-Ħabs” – Peppi Azzopardi Jippubblika Tabella Fl-Uffiċċju Tad-Direttur

 “Huwa X-Xogħol Tagħna Li Ngħallmu L-Biża’, Merħba Fil-Ħabs” – Peppi Azzopardi Jippubblika Tabella Fl-Uffiċċju Tad-Direttur

Il-Ġurnalist Peppi Azzopardi llum ippubblika ritratt tat-tabella li hemm imwaħħla fl-uffiċċju tad-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli u li fost ohrajn hemm miktub, “Għalhekk, huwa x-xogħol tagħna li ngħallmu l-biża'”.

Peppi ppubblika din it-tabella meta kkummenta dwar is-sentenza tal-qorti li biha żagħżugħ ta’ 25 sena weħel 3 xhur ħabs fuq traffikar ta’ 6 pilloli droga f’każ li jmur lura 8 snin.

Peppi sostna li din hija vendikazzjoni ma’ ġuvni li ntbagħat il-ħabs, kompla li wħud mill-portals jirrapportaw li t-tifel ta’ persuna importanti fil-politika weħel il-ħabs fuq droga. Żied jgħid, “x’għandu x’jaqsam it-tifel ta’ min hu? Għala rridu nkissru l-familji b’dan il-mod?”
Peppi żied jgħid li dan il-każ ilu 8 snin li seħħ. “X’iġifiri żżomm persuna mdendla għal 8 snin? Dak mhux diġà kastig fih innifsu?”

Spjega li żagħżugħ riformat għaliex għandek twaddbu l-ħabs meta jista’ jagħmel community work il-Caritas.

Peppi qal ukoll li ma jifhimx kif il-Maġistrati u l-Imħallfin jibqgħu jibagħtu lin-nies il-Ħabs meta jafu li llum il-Ħabs hemm sitwazzjoni tal-biża’. Tant li d-Direttur jgħid li qed imexxi l-Ħabs bil-biża’.

https://www.facebook.com/peppi.azzopardi.1/posts/10159268127088824

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com