Id-Donazzjoni Ta’ Nofs Miljun “Ta’ Delia” Soġġetta Għal Verifika

 Id-Donazzjoni Ta’ Nofs Miljun “Ta’ Delia” Soġġetta Għal Verifika

Id-Dar tal-Providenza qalet li fl-aħħar sigħat talbet dokumentazzjoni dwar għajnuna ta’ €500,000 li rċeviet minn Catco Group Capital Investment, liema donazzjoni kienet ippreżentata mill-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Fi stqarrija, id-Dar tal-Provdienza qalet li ma toqgħodx biss fuq dokumentazzjoni pprovduta imma tagħmel il-proċess ta’ verifika tagħha qabel taċċetta tali donazzjonjiet. Għalhekk qalet li l-aċċettazzjoni ta’ din id-donazzjoni hija suġġett għall-proċess intern ta’ verifika tad-Dar.

Żied jingħad li hekk kif stabbilit mill-policies tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, donazzjonijiet fi flus kontanti aktar minn €5,000 u donazzjonijiet jew pledges oħra ‘l fuq minn €10,000  minn individwi jew kumpaniji huma suġġett ta’ proċess ta’ verifika.

Din l-istqarrija waslet ftit wara li esponenti qrib il-Partit Nazzjonalista wrew dubbji serji dwar l-ammont ta’ flus li ppreżenta Delia lid-Dar tal-Providenza.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com