Il-Bars U L-Każini Ser Jinżammu Magħluqa, Ser Jitħabbru Miżuri Għall-Karnival – Il-Prim Ministru
Wara li f’Ottubru li għadda kienu ordnati jagħlqu l-Bars u l-Każini f’Malta u Għawdex minħabba l-Covid-19, illum il-Prim Ministru Robert Abela ħabba li dawn ser jinżammu magħluqa wara l-1 ta’ Frar meta sippost kien jiskadi l-avviż legali. Madanakollu ma qalx meta hemm il-pjan li jerġgħu jiftħu.
Il-Prim Ministru ċaħad li tista’ tidħol miżura li fid-9pm ma’ tkunx tista’ toħroġ barra u ċaħad ukoll li jista’ jsir lockdown, iżda ħabbar li ser jitħabbru miżuri minħabba l-weekend tal-Karnival.
Il-Prim Ministru kien qed jitkellem meta kien qed jindirizza laqgħa tal-MCESD li saret dalgħodu.