“Il-Flus Mhux Kollox” – Winston Zahra Jr

 “Il-Flus Mhux Kollox” – Winston Zahra Jr

Meta kien qed ikun intervistat mill-Professur Andrew Azzopardi il-lukandier Winston Zahra Junior li kien Chairman tal-Island Hotels Group sostna li t-teorija  aktar ma jkollok aktar tkun ferħan, “litteralment nemmen li ma tagħmilx sens”.

Zahra sostna li ma jaqbilx li aktar ma kellna flus aktar konnha ferħanin sostna li s-saħħa, l-familja u l-ħbieb huma ferm aktar importanti mill-flus jew aktar flus.

Spjega li madanakollu jekk persuna m’għandix flus jew persuna tinsab bil-ġuħ jew m’għandix saqaf, il-flus iva mportanti, għaliex hemm bżonn l-ammont minimu biex tgħix, imma t-teorija li aktar ma jkollok aktar tkun ferħan ma tagħmilx sens.

Winston Zahra Jr żied jgħid li r-raġuni li wieħed jaħdem u jkompli jaħdem mhux neċessarjament bbażati fuq argument ta flus, is-sodisfazzjon ta’ meta wieħed jistinka u jara l-frott jew jara l-ħaddiema jiżviluppaw fil-karriera, huwa ta’ sodisfazzjon minnu nnifsu, temm jgħid li l-motivazzjoni mhux il-flus, hemm ħafna aktar motivazzjoni mill-flus.

Segwi l-intervista hawnhekk:

https://www.facebook.com/newsbook.com.mt/videos/3615036618612615

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com