‘Il-Furjana’ B’Azzjoni Dwar L-Ark Ta’ San Publiju Li Ġie Vvandalizzat F’April li Għadda
Id-direzzjoni tal-gazzetta ‘Il-Furjana’ għad
L-idea li jsir dan il-ktieb, bit-titlu ‘L-Ark ta’ San Publju tal-Furjana (1899-2019)’, kienet ġiet lill-eks membru tal-Bord Editorjali ta’ ‘Il-Furjana’ Charles Zammit Moore. Imma d-destin ma ridtx li hu jara mitmum il-proġett li kien welled għaliex fl-istess ġranet li fihom oriġinarjament kien ippjanat li jkun pubblikat il-ktieb f’Ottubru tas-sena l-oħra, huwa ħalliena.
Il-faċċata tal-ktieb, b’ritratt meħud minn Daniel Cilia, turi l-istatwa ta’ San Publju għaddejja minn taħt l-Ark trijonfali nhar il-festa fil-Furjana,
Il-ktieb ‘L-Ark ta’ San Publju tal-Furjana (1899-2019) fih 224 faċċata, kollha bil-kulur. F’dawn il-faċċati wieħed isib mal-260 ritratt meħuda minn fotografi differenti. Fost l-artikolisti ta’ dan il-ktieb wieħed isib lill-mibki Professur Oliver Friggieri, l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello, lill-Antropologu Olandiż ta’ fama internazzjonali l-Professur Adrianus Koster, l-Arċipriet tal-Furjana l-Kanonku Dun Charles Cini u s-Sindku tal-istess lokalità Davina Sammut Hili.
Il-ktieb fih ukoll messaġġi mill-President ta’ Malta George Vella, tal-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna, tal-ex Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna u tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Dr Jose’ Herrera.
‘L-Ark ta’ San Publju tal-Furjana (1899-2019)’ għandu direzzjoni artistika ta’ Joseph A. Cachia u kien stampat minn Print It ta’ Kordin.
Il-ktieb fih ukoll aspett wiesa’ storiku li jmur lil hinn minn dak purament parrokkjali. Fil-fatt l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello fl-artiklu tiegħu jagħti ħarsa fuq firxa ta’ sekli, lejn l-ark ċerimonjali f’pajjiżna. Artiklu li hu akkumpanjat minn diversi ritratti storiċi, li fosthom hemm uħud li qed ikunu ppubblikati għall-ewwel darba proprju f’dan il-ktieb.
Interessanti wkoll hi ’l hekk imsejħa ‘Lista tas-Solidarjetà, li tiġbor fiha aktar minn 70 isem ta’ parroċċi, għaqdiet, kumitati u gruppi konnessi mal-festi, każini tal-baned, fratellanzi u Facebook Pages li tellgħu post fil-paġni tagħhom tal-midja soċjali biex jesprimu solidarjetà mal-Furjaniżi wara l-att vandalu ta’ April 2019.
Għall-ewwel darba, f’dan il-ktieb qed jiġi ppublikat ritratt li juri framment minn ark ċerimonjali qadim li kien jintrama f’pajjiżna. Dan ir-ritratt qed ikun pubblikat mal-artiklu tal-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello.
Il-ktieb qed jinbiegħ bil-prezz ta’ €25. Biex wieħed jakkwista kopja jista’ jċempel fuq in-numru 79339649.