Il-futur tal-gvern Taljan ta’ Conte f’idejn is-Senat

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte rebaħ vot ta’ fiduċja kruċjali fil-parlament Taljan li kien hemm bżonnu wara l-irtirar tal-appoġġ lill-koalizzjoni mmexxija minnu mill-partit Italia Viva mmexxi minn Matteo Renzi.
Wara l-appell tiegħu lill-parlamentari tal-oppożizzjoni u mhux allinejati biex jappoġġawh il-gvern ta’ Conte rebaħ il-vot tal-kamra bi 321 għal 259.
Conte se jiffaċċja test iktar iebes illum fis-Senat, fejn il-gvern għandu biss maġġoranza żgħira anke kieku l-Italia Viva kienet għadha parti mill-koalizzjoni.