“Il-PM U Jien Dejjem Fuq L-Istess Paġna Qegħdin Biex Ma Jivvintawx Iżjed Stejjer” – Chris Fearne Jelenka L-ħidma Li Għaddejja

 “Il-PM U Jien Dejjem Fuq L-Istess Paġna Qegħdin Biex Ma Jivvintawx Iżjed Stejjer” – Chris Fearne Jelenka L-ħidma Li Għaddejja

“Meta l-baħar ikun kalm, kulħadd kapaċi jbaħħar u jdaħħal il-vapur fil-port, imma meta jkun il-maltemp u jkun hemm il-beraq u r-ragħad, imbagħad trid turi l-kapaċità tiegħek li ssuqu l-vapur u ma tinkaljax”, hekk beda D-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt l-indirizz tiegħu f’attività politika tal-Partit Laburista fil-Mellieħa.

Tenna li l-poplu afda fit-tmexxija tal-pajjiż biex nimxu fit-triq it-tajba u qal li meta tgħaddi t-tempesta mhux talli ma nkunux għeriqna iżda naqbdu niġru u nkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi li nitilqu niġru wara li jgħaddu dawn ix-xhur.

Tenna kemm issalvaw impjiegi ta’ ħaddiema din is-sena, fejn il-Gvern daħal direttament fl-ekonomija. Saħaq li l-wage supplement swiet mijiet ta’ miljuni iżda sar, “anke jekk hemm bżonn nagħmlu defecit għaliex meta tgħaddi l-pandemija, ser nerġgħu nirkuprawh.”

Fakkar fil-vouchers li meta jkun iż-żmien propizju, jerġgħu joħorġu u jitqassmu.

Tkellem ukoll dwar l-isfida tas-saħħa fejn fid-dinja, uffiċjalment il-pandemija misset mad-90 miljun ruħ. Ħa l-okkażjoni jirringrazzja lit-tobba u lin-nurses kollha li anke jaħdmu fl-ITU u qal li dawn għaddejjin minn żmien diffiċli.

Semma li fejn hemm bżonn nieħdu l-miżuri ser noħduhom.

Illejla ser tasal l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-Moderna; l-ewwel pajjiż fl-Ewropa. Semma kif madwar id-dinja, pajjiżi jħarsu lejna u jitolbuna biex ngħinuhom.

B’dan il-kumpaniji, ifisser li sa Mejju nkunu laqqamna lil kull min hu vulnerabbli f’dal-pajjiż. Sa Settembru nkunu laqqamna żewġ terzi tal-poplu biex ikollna ‘herd immunity’. Se nkunu qegħdin nagħfsu biex jiġu vaċċini oħra biex sas-sajf li ġej ikollna l-ħajja lura għan-normal u nieħdu r-ruħ.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com