Il-PN Jgħid Li l-Gvern Għandu Joħroġ Issa L-Vouchers Tal-€100

 Il-PN Jgħid Li l-Gvern Għandu Joħroġ Issa L-Vouchers Tal-€100

Il-kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista għan-negozji ż-żgħar u medji Edwin Vassallo sejjaħ lill-Gvern biex jibda jqassam il-vouchers €100 issa.

Is-Sur Vassollo staqsa fejn spiċċaw il-voucher li fi kliemu huma ta’ għajnuna għan-nies li huma magħfusin bla flus, u għal ħafan sidien ta’ negozji żgħar.

It-tieni skema tal-vouchers tal-€100 tħabbret fil-Budget 2021 bil-għan li tkompli tgħin lis-sidien tal-ħwienet b’mod partikolari restoranti u lukandi li ħadu daqqa kbira minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Madankollu, fl-aħħar ġimgħat il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri qal fl-aħħar ġimgħat li l-voucher se joħorġu fi żmien opportun bil-għan li dawn il-voucher ma jikkontribixxux għal żieda fil-każijiet tal-virus Covid-19.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com